Ta’ kull sena Dwal Ġodda titwaħħad mal-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira li f’Ħal Għargħur sseħħ f’Ħadd il-Palm. Din hija produzzjoni li kull sena tinbidel għal kollox.
Din is-sena se ssir fil-25 ta’ Marzu 2018.
It-Tlieta 20 ta’ Marzu, fis-sitta u nofs, qabel il-premier tal-produzzjoni, se titella’ taħdita teatrali b’kollaborazzjoni tal-Friends of the Manoel u School of Performing Arts mill-Università ta’ Malta fejn Prof. Vicki Ann Cremona u Dr. Marco Galea se jitkellmu fuq l-istorja tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta.
Għal iżjed informazzjoni żuru: www.facebook.com/dwalgoddatheatre/