Il-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech inħakmu minn fazzjoni estremista ddettata minn politika li ma tiddistakkax ruħha mill-mibegħda kontra kull min ma jaqbilx magħha.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Laburista, li saħaq kif l-attakk tal-Oppożizzjoni fuq l-istituzzjonijiet ma juri xejn ħlief double standards. Il-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet, iżda meta dawn ma jdoqqux id-diska tiegħu, jinfexx jgħajjarhom.
Il-Partit Laburista tenna li ħadd m’għandu jaqa’ għall-provokazzjoni u l-intimidazzjoni ta’ Oppożizzjoni, li baqgħet tħaddan il-politika tal-passat.
Ingħad kif l-Oppożizzjoni hi giddieba u llum kompliet toħroġ aktar fil-beraħ b’wieħed mill-klikka tagħha – Jason Azzopardi – jammetti li qal il-falz, kif kien qallu l-eks Kap Adrian Delia.
“Gvern Laburista determinat li jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex iħares lill-pajjiż minn min hu inġust fl-azzjonijiet tiegħu,” temmet l-istqarrija.