F’idejn ONE News waslu aktar messaġġi li ġew illikjati mill-grupp ta’ Whats App “Kap Retweeters”.
Grupp li jintuża minn persuni qrib il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, sabiex ixxerdu propaganda tiegħu.
Fil-fatt, f’messaġġ illikjat, Pierre Portelli, esponent qrib il-Kap Nazzjonalista, kiteb li jrid inaddaf u jqaċċat ’il barra mill-grupp lil dawk li ma jxerrdux materjal tal-Kap.
“Time to clean up this group from those who never contributed troughout these 15 months on new administration”, kiteb Portelli.
Julian Micallef, persuna qrib il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kiteb ukoll li min ma jxerridx il-materjal tal-Kap, m’għandux għax jibqa’ fil-grupp.
“Those who never contributed on sharing anything from this chat over the past month will have to be removed from this chat” kiteb Julian Micallef.
Ma’ Julian Micallef reġa’ qabel Pierre Portelli, li akkost ta’ kollox irid iwarrab lil dawk in-Nazzjonalisti li ma jixxerjawx il-propaganda ta’ Adrian Delia.
“Yes, Julian naqbel, kull min hawn ġew qatt ma’ ta kontribut m’għandux għax jibqa’ f’dan il-grupp. Mhux kwistjoni ta’ nies li jitwarrbu iżda hemm bżonn li dan il-grupp jibda verament jagħmel il-funzjoni tiegħu, jiġifieri jagħmel shares ta’ dak kollu li joħroġ il-Partit u l-Kap fuq il-midja soċjali”, kiteb Pierre Portelli.
Il-grupp Kap Retweeters ma jintużax biss biex jiġu xxerjati l-affarijiet tal-Kap, imma f’dan il-grupp, li fih hemm l-ogħla tmexxija tal-Partit, bħall-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius, sabiex juru t-tħassib tagħhom dwar il-ġlied u l-firda li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.
ONE News jista’ jiżvela messaġġ mill-grupp “Kap Retweeters” fejn esponet Nazzjonalista bl-isem ta’ Alan, kiteb sabiex l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsib saqajh u ma jibqax fis-sitwazzjoni miżera li jinsab fiha.
“We should be all behind Kap with one aim. Get the party back on track” – appella dan l-esponent Nazzjonalista.
Dawn il-messaġġi llikjati waslu f’idejn ONE News, jum wara li żvelajna messaġġi mill-stess grupp fejn Julian Micallef keċċa lill-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake.
Hija tkeċċiet mill-grupp wara li b’referenza għal Adrian Delia qalet li kap tajjeb għandu jkun integru u b’awtorità morali.
Dak li kitbet Thake għoġob lid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li għamel “like” fuq il-post ta’ Thake.
Karol Aquilina huwa wieħed mid-deputati nazzjonalisti li jifforma parti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u ma jarawx għajn m’għajn mal-fazzjoni ta’ Adrian Delia.