Il-ħaddiema tas-saħħa baqgħu vittma tal-politika ta’ fake news tal-Partit Nazzjonalista li lanqas apoloġija magħhom ma hu kapaċi jagħmel.
Qal dan fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista fejn saħaq kif illum f’konferenza tal-aħbarijiet li organizza dwar is-saħħa, wieħed kien jistenna li għall-inqas issir apoloġija imma għall-Oppożizzjoni din diffiċli wisq; “għax il-Partit Nazzjonalista ħafif biex ixerred il-gideb iżda supperv biex jitlob apoloġija meta jinstab li jkun qal il-falz.”
Il-Partit Laburista qal li għall-inkjesta li l-Oppożizzjoni rreferiet, il-Bord tal-inkjesta qal ċar u b’mod inekwivoku li ebda individwu ma kien responsabbli għall-mewt traġika li sfortunatament l-Oppożizzjoni qed tibqa’ tippersisti li tuża għall-iskopijiet partiġġjani tagħha.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni tibqa’ tuża s-soltu tattika li tirkeb anki fuq gidba, il-Gvern diġà ddikjara li għalkemm żewġ inkjesti indipendenti xejnu għal kollox l-allegazzjonijiet li għamlet tagħha l-Oppożizzjoni, is-suġġerimenti li saru fl-inkjesti se jkunu fost parti ta’ riformi li qed isiru biex ikompli jingħata l-aqwa servizz possibbli lin-nies.