Il-botti u l-attakki komplew jippersistu fil-qasma li hemm fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Dan hekk kif dalgħodu, fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Frank Portelli kiteb li jekk jara li hemm frame-up fil-konfront ta’ Adrian Delia, hu jaħsel idejh minn dan il-ħmieġ.
Frank Portelli li wkoll sofra attakki bla rażan mill-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia, qed jallega li l-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista hija mbagħbsa.
Aktar qabel kien sostna li huwa ddispjaċih li kkontesta għal Kap u l-aħħar kitba tiegħu żgur ma niżlitx għasel mal-establishment Nazzjonalista li għaddej bil-manuvri f’dik li suppost kellha tkun tellieqa bejn erba’ t’iħbieb.