Lejliet li jerġa’ jiftaħ il-Parlament il-grupp Parlamentari tal-Partit Laburista kompla jiddiskuti r-riformi li għandu maħsuba biex ikompli jwettaq il-manifest elettorali Malta Flimkien.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali li jakkumpanja ritratti tal-laqgħat tal-grupp Parlamentari tal-Gvern, il-Prim Ministru kiteb li l-implimentazzjoni tar-riforma hi fuq nett tal-aġenda tal-gvern.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt, mal-għajnuniet kbar li qed jingħataw in-nies, fl-ewwel xhur ta’ mandat ġdid il-Gvern implimenta sensiela ta’ wegħdi elettorali. Sal-lum stess daħlet fis-seħħ wiegħda maġġuri, dak li t-trasport pubbliku jkun mingħajr ħlas għal kulħadd.