Joseph Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti fosthom dwar l-aħħar allegazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq iċ-chief of staff tal-Prim Ministru. Allegazzjonijiet li dwarhom se jsiru libelli.
Il-Prim Ministru qal li din l-allegazzjoni ilha li ħarġet sena u fuq kollox innota kif fl-aħħar jiem il-gidba l-kbira li ried jallega l-Kap tal-Oppożizzjoni kienet fil-konfront tiegħu u ta’ martu.
“M’għandu ebda prova fuqi u fuq marti,” reġa’ qal il-Prim Ministru li nnota kif dan minkejja d-diskors kollu li għamel Simon Busuttil. “Se ngħabbi b’responsabbiltà u kbira lil Simon Busuttil jekk ma joħorġux provi,” qal Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru nnota kif il-pajjiż għandu oppożizzjoni distruttiva. “Mhu se nħalli l-ħadd iwaqqaf ir-ritmu ekonomiku jew jipprova joħloq instabbiltà fil-politika Maltija,” qal Joseph Muscat li fisser kif jemmen lil Keith Schembri.
Mistoqsi dwar l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment il-Prim Ministru nnota kif din hi waħda trasparenti għall-aħħar. Fil-fatt hemm regolatur indipendenti li fl-aħħar rapport tiegħu kien sodisfatt ferm.