Id-deċiżjonijiet neħodhom fl-interess tal-pajjiż. Iddikjara dan il-Prim Ministru, Joseph Muscat, li meta mistoqsi dwar l-elezzjoni ġenerali kkummenta wkoll dwar il-koalizzjoni li għamlet il-Partit Demokratiku bħala parti mill-Partit Nazzjonalista.
“In-nies iridu jiddeċiedu jridux lili u l-Edward Scicluna mmexxu l-finanzi tal-pajjiż jew lil Simon Busuttil u Marlene Farrugia,” qal il-Prim Ministru li fisser kif id-deċiżjoni tal-elezzjoni ġenerali tkun imnebbħa mill-istabbiltà tal-pajjiż.
Mistoqsi dwar l-inkjesta maġisterjali fakkar fil-gideb fil-konfront tiegħu u żied li dik mhix fattur li jiddetermina d-deċiżjoni tiegħu għaliex huwa konvint li m’hemm xejn li jista’ jinstab ħażin f’dik l-inkjesta li qed issir fuq talba tiegħu stess.