Plejers mit-Tim Nazzjonali, Andrei Agius, Ferdinando Apap, Jean Paul Farrugia, Rowen Muscat u l-goalkeeper Steve Sultana, flimkien mal-kowċ nazzjonali Ray Farrugia, żaru DAR Bjorn l-Ġimgħa filgħaxija.
Dan bil-għan li joffru appoġġ lill-fundatur tal-fondazzjoni ALS Malta Bjorn Formosa, li hu dilettant kbir tal-futbol, għax-xogħol siewi li qed jagħmel permezz tal-fondazzjoni li waqqaf.
Il-Fondazzjoni ALS qed ttella’ għadd ta’ avvenimenti sabiex permezz tal-fondi li jinġabru tinbena dar akbar f’Ħaż-Żebbuġ. Fost l-avvenimenti, illejla mistenni jittella’ kunċert mużikali fi Pjazza San Ġroġ fil-Belt Valletta.
Fost dawk preżenti kien hemm Joven Grech u Frank Zammit minn Team MT.