Il-plejer tal-basketball Amerikana, Brittney Griner, li kienet il-ħabs fir-Russja, inħelset u issa tinsab l-Amerika. Ħabbar dan il-President Amerikan Joe Biden.
Griner inħelset bħala parti minn skambju ta’ priġunieri bejn l-Amerika u r-Russja. Fil-fatt, l-Amerikana ħelsu lir-Russu Viktor Bout, li kien ġie arrestat fuq negozjar ta’ armi.
L-Amerikana kienet ilha l-ħabs minn Awwissu, wara li fi Frar li għadda kienet ġiet arrestata fuq akkużi ta’ kuntrabandu ta’ droga f’ajruport f’Moska.
Minkejja x-xhieda tagħha, li kienet ippakjat iż-żejt tal-kannabis fil-bagalja bi żball, hija kienet ikkundannata disa’ snin ħabs.
Dan l-iskambju ma kienx jinkludi lill-Amerikan ieħor Paul Whelan li wkoll jinsab il-ħabs inġustament.
Ritratt: AP Photo/Alexander Zemlianichenko