Plejer ta’ Valletta FC instab pożittiv għal Covid-19 fl-aħħar sigħat. Minn informazzjoni li għandna din il-paġna l-plejer ħass s-sintomi ilbieraħ filgħodu, l-għada tal-partita kontra Balzan F.C., u mill-ewwel mar jagħmel it-test.
Il-plejer, li din il-paġna għanda l-identità tiegħu iżda b’rispett lejh u lejn il-klabb Belti ismu mhux ser jixxandar, issa jinsab f’kwarantina mandatorja flimkien mal-fiżjoterapista tal-istess klabb li kien l-aktar persuna viċin tiegħu.
Nifhmu li f’dan l-istadju ser ikun qed jiġi użat il-protokol mediku tal-MFA sabiex isir l-assesjar neċessarju fuq dawk kollha li kienu f’kuntatt mal-plejer.
Sadinitant il-partita ta’ nhar il-Erbgha li ġej mill-Kampjonat Premier bejn Valletta FC u Gżira United FC ser tintlagħab kif skedat.