Gylfi Sigurðsson, plejer professjonali Iżlandiż, jinsab taħt investigazzjoni mill-Pulizija ta’ Manchester dwar suspett ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal.
Sigurðsson jilgħab għall-klabb tal-Premier League, Everton, kif ukoll għat-tim nazzjonali tal-Iżlanda.
Siti Brittaniċi qed jirrapportaw din l-istorja fejn kawża ta’ raġunijiet legali ma semmewhx b’ismu iżda ddesrivewh b’dettalji partikolari.
Il-klabb Everton kkonfermaw li l-plejer ġie sospiż sakemm titlesta l-investigazzjoni tal-Pulizija.