Antoine Camilleri, il-plejer tal-futbol ta’ sitta u għoxrin sena li nstab ħati li sawwat referee weħel multa ta’ €100.
Fil-Qorti t’Għawdex, il-plejer ta’ Sannat Lions ġie ordnat ma jersaqx lejn il-grawnd għal sena sħiħa.
Is-Sibt huwa agredixxa lil assistent referee Andrea Pavia ta’ 19-il sena, waqt logħba futbol f’Għawdex bejn it-tim tas-Sannat kontra t-tim Oratory Youths.
Matul il-logħba fil-grawnd ta’ Kerċem, Camilleri prova jħebb għar-referee u hekk kif induna li ma rnexxilux dar għall-Assistent Referee fejn eventwalment tah daqqtejn ponn f’wiċċu filwaqt li tefgħu mal-art u kompla jtih bis-sieq f’sidru.
Camilleri li huwa plejer ta’ Sannat tkeċċa fl-aħħar mumenti tal-logħba wara li tilef rasu. Kawża ta’ dan il-logħba spiċċat abbandunata.
Fil-Qorti Antoine Camilleri miż-Żebbuġ Għawdex ammetta li kkawża ġrieħi ħfief fuq l-assistent referee u li heddu.
Il-plejer instab ħati ukoll li qal kliem offensiv.
Ritratti: Massimo Axisa/Facebook