Il-midfielder ta’ Barċellona Arda Turan ingħata sentenza ta’ ħabs sospiża għal tliet snin talli spara pistola fi sptar wara ġlieda ma’ kantanta. Turan, attwalment misluf lil Istanbul Basaksehir, spiċċa fi ġlieda ma’ Berkay Sahin is-sena l-oħra. Il-kantanta spiċċat b’imnieħirha mkisser.
Il-plejer ta’ 32 sena, mar l-isptar fejn kien hawnhekk li spara xi tiri lejn l-art.
Huwa ġie kkundannat talli spara xi tiri biex tikkawża paniku, pussess illegali ta’ armi u korriment intenzjonat.
Il-Qorti tagħtu sentenza ta’ sentejn u 8 xhur ħabs iżda hu jista ma jqattax żmien il-ħabs sakemm ma jikkommettix reat ieħor f’dawn il-5 snin li ġejjin.
Istanbul Basaksehir immulta lill-midfielder kważi €400,000 fuq dan l-inċident.
Ritratt: Getty Images