Il-plejer Ġermaniż Jerome Boateng tressaq il-Qorti f’Munich mixli li aggredixxa lill-eks sieħba tiegħu.
Boateng, li għandu 33 sena wieġeb mhux ħati li wettaq dan ir-reat fl-2018.
Jerome Boateng, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim Ġermaniż fl-2014, jekk jinstab ħati ta’ dan ir-reat jista’ jeħel minn multa sa ħames snin ħabs.
Il-Prosekuzzjoni qalet li Boateng allegatament sawwatha u qabadha minn xagħarha.
Fil-Qorti, Boateng qal li l-koppja kellhom argument waqt logħba karti.
Allega kif l-eks sieħba tiegħu saret aggressiva u weġġgħatu f’xofftu.
Qal li huwa mbuttaha u waqgħet mal-art.