Il-kunċert annwali ta’ Joseph Calleja dejjem ikun mistenni minn bosta Malti, iżda anke mit-turisti. Għal din is-sena, l-leġġenda tal-Opera Plácido Domingo ser ikun il-mistieden prinċipali ta’ Joseph Calleja f’kunċert li ser ifakkar il-25 anniversarju.
Dan il-kunċert ser jittella’ f’Forti Manoel f’Malta fis-26 ta’ Lulju li ġej. L-Orkestra filarmonika ta’ Malta ser tkun qed takkumpanja lil Joseph Calleja u Plácido Domingo għal dan il-kunċert tant mistenni.