Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mhux biss m’għadux jemmen li “ODZ is ODZ”, iżda issa jrid jerġa’ jieħu lill-poplu Malti u Għawdxi lura fiż-żmien u jrid li mill-ġdid ikunu l-politiċi li jiddeċiedu l-permessi. Innota dan il-Partit Laburista wara li Busuttil ħareġ bil-proposta ta’ 2/3.
“Din hija ħrafa għax irid li wara li jsiru żewġ voti fejn ma jinkisibx dan ir-rizultat, ikun il-Gvern li jiddeċiedi,” qal il-Partit Laburista. Il-Partit Laburista żied li l-permessi għandhom jibqgħu jiġu deċiżi mit-tekniċi b’ mod indipendenti u mhux mill-politiċi, fejn xogħol dawn tal-aħħar għandu jkun biss li jfasslu l-policies, inkella l-iżvilupp li kellna fil-qafas istituzzjonali għal dan l-aħħar kwart ta’ seklu ikun qed jintrema mit-tieqa minħabba n-nuqqas ta’ konsistenza ta’ Busuttil.
“Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu problema enormi ta’ konsistenza u kredibilità, fejn qed ikun sempliċiment qasba tixxejjer mar-riħ, kif rajnih jagħmel f’ħafna issues oħra. Mingħajr l-iċken dubbju, il-poplu qed jieħu kont ta’ dan kollu u qed jifhem min verament huwa konsistenti u jwettaq, u min jiżfen daqqa ‘l hawn u daqqa ‘l hemm bħal Simon Busuttil,” iddikjara Busuttil.