Mijiet ta’ eluf ta’ persuni waslu l-Belt Valletta fejn qed jiċċelebraw flimkien tmiem mixja twila li għamlu minn diversi bliet u rħula Maltin. Fi Pjazza San Ġorġ kbar, żgħar u nies minn kull sfera soċjali qed jipparetċipaw f’attività, bil-qofol jibqa l-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.