Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex se tkun miftuħa għall-karozzi sas-sajf li ġej.
Dan sostnieh il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri meta żar il-proġett li qed isir b’investiment ta’ €3 miljun.
Fiż-żjara tiegħu, il-Ministru Camilleri ra kif bħalissa qegħdin jitpoġġew iċ-ċangaturi f’din il-pjazza fil-qalba tar-Rabat Għawdex.
Il-Perit Godwin Sultana ta’ dan il-proġett spjega kif se jkun hemm marki ċari għal dawk li jpassu fil-pjazza u anki għal karozzi li se jkunu qed jgħaddu.
Huwa spjega: “We are in the final phases, we are laying the pavements, the tiles. Right now we’ve laid the first strech of the vehicle traffic areas which it’s pretty much the grey tiles while the pedestrian areas will have the red tiles. So there is a good demarkation between the traffic areas, the vehicle traffic areas and the pedesterian areas.”
Il-Ministru għal Għawdex qal li l-Gvern tkellem mal-kuntrattur u kien ċar li dan il-proġett irid jimxi b’pass aktar mgħaġġel u għalhekk qegħdin jiġu ddedikati aktar riżorsi sabiex jitlesta.
“Il-prijorità mhux biss se tkun li proġett jibda, imma jrid isir biżżejjed progress sabiex eventwalment jispiċċa skont żmien stabbilit”, saħaq il-Ministru Clint Camilleri.
Il-Ministru Camilleri tenna: “Proġett li qegħdin niddedikaw aktar riżorsi għalih sabiex jitlesta mill-aktar fis possibbli. Qegħdin nikkordinaw dan il-proġett ma’ numru ta’ proġetti oħrajn sabiex ikollna time frames stabbiliti ħalli jitlestew fil-ħin bl-aktar mod effiċċjenti u propju hawnhekk qegħdin naraw dan il-proġett ikun komplut sal-bidu tas-sajf ta’ din is-sena.”
Il-Ministru Camilleri stqarr li l-infrastruttura adekwata hija meħtieġa għal gżira tat-tliet għoljiet u insista li t-toroq f’Għawdex se jingħataw l-istess importanza bħat-toroq f’Malta.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li se jassigura kordinazzjoni bejn proġett u ieħor sabiex l-inkonvenjent liċ-ċittadini jkun minimu.
Il-proġett tar-riġinerazzjoni ta’ Pjazza Sant Franġisk jikkumplimenta ix-xogħol tat-Taraġ ta’ San Franġisk kif ukoll iċ-ċentru tas-saħħa l-ġdid li se jsir fil-binja biswit l-istess taraġ.