Matul il-jum tal-Erbgħa mijiet ta’ persuni komplew ipoġġu r-rigali għat-tfal taħt is-siġra tal-Milied fi pjazza Kastilja.
Fil-jiem li għaddew kienet bint il-Prim Ministru, Giorgia Mae li f’dan il-Milied, ftit differenti għal kulħadd, xtaqet tnissel tbissima fuq fomm it-tfal kollha.
Fil-fatt bejn is-Sibt u l-Erbgħa kienu mijiet ta’ familji u kumpaniji li waqt li kienu deħlin il-Belt Valletta għax-xiri tal-Milied ħallew rigal taħt is-siġra kbira armata fi pjazza Kastilja.
Qalet kif, “Grazzi ħafna ta’ dawn ir-rigali kollha u ħa nferħu ħafna tfal bihom”
Min-naħa tagħha, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela rringrazzjat lil kull min ta’ sehmu f’din l-inizjattivà li biha se jkunu qed igawdu t-tfal kollha mingħajr distinzjoni.
Qalet kif, “Xtaqna nnisslu tbissima u ferħ fit-tfal kollha mingħajr distinzjoni. Għamilna sejħa u l-poplu Malti u Għawdxi wieġeb għaliha u anki jien nistqarr li ninsab sorpriża.”
Dawn ir-rigali se jitqassmu għand familji bi dħul baxx u għand il-Caritas fost oħrajn.
F’din l-inizjattiva taw sehemom ukoll numru kbir ta’ nies minn kull qafas tas-soċjetà fosthom Deputati Parlamentari, kumpaniji, u aġenziji kif ukoll l-Partit Laburista fejn l-amministrazzjoni tal-Partit ħalliet numru sabiħ ta’ rigali taħt is-siġra fil-Belt Valletta.