Ħafna drabi nisimgħu li l-armar tal-festi jkun ta’ xkiel fuq il-bankini u dan itellef milli jkun hemm aċċess għall-pubbliku speċjalment għall-persuni b’diżabbilità jew inkella nies li jużaw il-‘pushchairs’ bit-tfal tagħhom. Dan mhux il-każ fil-festa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar.
Fuq il-midja soċjali ttella’ ritratt li juri ħsieb li sar mill-Grupp tal-armar Marija Bambina tan-Naxxar fejn inħadmu pjattaformi apposta biex il-pubbliku jkompli jinqeda b’mod normali billi minflok jgħaddi minn fuq il-bankina, jgħaddi minn fuqhom. Dawn il-pjattaformi jitwaħħlu tul il-jiem tal-festa u huma magħmulin minn injam sod.
Dan il-ħsieb ġie mfaħħar minn bosta permezz ta’ kummenti li nkitbu fuq il-midja soċjali.