Tnediet it-tmien edizzjoni ta’ rockestra, avveniment li daħal sew fil-kalendarju tal poplu malti.
Din is-sena se tkun qed issir fl-għaxra ta’ Settembru l-MFCC, ta’ Qali. Fil-palazz tal- President, id-direttur artistiku Pawlu Borg Bonaċi qal li din is-sena tnediet kmieni għal raġuni, dan għaliex se tkun kampanja twila li se tiżvela numru sorpriżi li se nkunu qed naraw din is sena matul l-avveniment.
Fl-istess waqt se ssir ħidma biex il-line up tkun waħda li tagħti gost u tilħaq il-gosti tal-folla li tagħmel rockestra unika. Id-direttur mużikali Sigmund Mifsud qal li din
is -sena se jkun hemm kompetizzjoni fost kitarristi zgħar li xi ħadd minnhom se jingħata ċ-cans li jdoqq ma’ kitarrist stabbilit.
Spjega li jekk Rockestra serviet ta’ pjattaforma għall-kantanti se sservi wkoll ta’ pjattaforma għall-mużiċisti. L- President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, irringrazzjathom għall-ħidma tagħhom filwaqt li tkelmet dwar l-importanza li rockestra għandha biex issostni l-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.