Pjanist Russu ta’ 29 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li saħaq li mhux ħati li mess indiċentament lil żewġ tfajliet Franċiżi taħt l-età.
L-investigazzjoni kriminali tal-pulizija kontrieh bdew meta sar rapport fl-għassa ta’ San Ġiljan miż-żewġ tfajliet fuq il-każijiet separati tagħhom fejn qalu li sar kuntatt fiżiku billi allegatament poġġa jdejh fuq spallejn waħda u mess sider oħra.
Il-qorti talbet li l-ismijiet tat-tfajliet ma jixxandrux minħabba li huma taħt l-età.
L-Ispettur Nikolai Sant fil-qorti qal li l-pulizija kienu mqarqa għaliex l-istampa li taw it-tfajliet kienet differenti.
Għall-akkużat deher l-avukat Dr. Arthur Azzopardi fejn anke qal li l-akkużat talab li jintwerew il-filmati tas-CCTV tal-lukanda fejn kien qed jgħix biex japprova l-innoċenza tiegħu, iżda kien diżappuntat meta qalulu li ma kinux qed jiffunzjonaw.
Il-Maġistrat Ian Farrugia fid-dawl ta’ kuntatt minimu tah il-libertà kundizzjonata għal 18 -il xahar.