Il-Kabinett Ingliż mistenni jiddiskuti l-possibilità li l-Gvern iħejji pjani oħra jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar Brexit.
Dan wara li l-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li l-Membri Parlamentari Ingliżi mhux se jivvutaw fuq il-ftehim milħuq dwar Brexit qabel it-tielet ġimgħa ta’ Jannar.
Il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn jinsab taħt pressjoni għal vot ieħor ta’ sfiduċja fil-Gvern Ingliż.
B’101 jum ‘il bogħod minn Brexit u ħafna Membri Parlamentari li qed jopponu l-ftehim, il-Ministri mistennija jikkunsidraw pjani alternattivi biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoi Ewropea bla ftehim. Għalkemm tali deċiżjoni wkoll ma niżlitx tajjeb ma’ bosta Membri Parlamentari Ingliżi.