Żewġ aħwa ġew arrestati b’rabta ma’ suspett ta’ pjan terroristiku ieħor fil-Belġju.
Il-prosekutur spjega li dan l-arrest sar wara operazzjoni delikata kontra t-terroriżmu fir-reġjun ta’ Mons u Liege.
Iż-żewġ irġiel huma Nourredine H li għandu 33 sena u ħuħ Hamza li ġew arrestati wara tfittix li sar fid-djar tagħhom. Huwa interessanti kif matul din it-tfittxija ma nstabu l-ebda armi jew splussivi.
Il-belġju jinsab taħt allert wara li nqatlu 32 persuna fl-attakk terroristiku li sar fl-ajruport ta’ Brussel u fl-istazzjon tal-metro.
B’rabta ma’ dan l-arrest, il-Prosekutur federali spjega li minn riżultati preliminari jirriżulta li kien hemm il-pjan li jsiru attakki terroristiċi oħra fil-Belġju.