Il-Ministri Ingliżi qed jippjanaw leġislazzjoni ġdida dwar il-kummerċ, li jmur kontra dak li kien parti mill-ftehim ta’ Brexit. Dan il-pjan huwa maħsub sabiex jelimina l-arranġamenti li għandhom mad-dwana tal-Irlanda ta’ Fuq.
Il-membri tal-oppożizzjoni ma qablux ma dan il-pjan, filwaqt li l-Gvern Ingliż qal li dan huwa pjan ta’ kontinġenza f’każ li t-taħdidiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropea jfallu.
Matul il-jum tat-Tlieta mistenni jsir it-tmien tentattiv biex jintlaħaq qbil, li jippermetti li jsir kummerċ bejn kumpaniji fir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mingħajr ħlas ta’ taxxi jew kontrolli tad-dwana.