Matul dan is-sajf il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali flimkien mal-entitajiet tiegħu, qed jaħdem fuq pjan biex jiżdiedu d-dixxiplina u s-sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna.
Sostna dan ma’ ONE News, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, is-Sur Jonathan Borg hekk kif ta’ elenku tal-ħidma sfieqa li saret fl-aħħar xhur favur dan il-għan.
Borg spjegalna kif fost oħrajn fl-aħħar xhur żdiedu aktar l-ispezzjonijiet fit-toroq mill-uffiċjali kemm fuq karozzi kummerċjali u anki fuq dawk privati. Dan qed isir biex jieqfu l-abbużi u jkun hawn iktar edukazzjoni. Barra minn hekk, qed tittieħed azzjoni fuq xufiera li ilhom snin jitħallew isuqu b’liċenzji ta’ pajjiżi terzi. Dawn issa huma obbligati li jkollhom il-liċenzja tas-sewqan ta’ pajjiżna jew ta’ pajjiż ieħor tal-UE. Sar anki tibdil fl-eżami li dawn jagħmlu.
Dan apparti li ġew introdotti multi eħrex għas-sewwieqa li jinqabdu jiksru r-regoli tas-sewqan. Il-multi rduppjaw għal min jinqabad isuq u juża l-mobile waqt is-sewqan. Min jinqabad iktar minn darba, jeħel 12-il punt u jkollu l-liċenzja sospiża.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta qalilna li għaddejja ħidma flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex minn Settembru li ġej isiru taħdidiet u anke eżerċizzji fl-iskejjel, sabiex l-istudenti biex jsiru aktar konxji mir-regolamenti u l-konsegwenzi li jġibu magħhom l-inċidenti tat-traffiku.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta qal “Mis-sena skolastika li jmiss se nkunu qegħdin nagħmlu diskussjonijiet mal-iskejjel fejn se nlaqqgħu klassijiet biex inkunu nistgħu nagħtu l-edukazzjoni liċ-ċkejknin tagħna fuq is-sinjali tat-toroq.”
Huwa saħaq dwar l-importanza ta’ iktar uffiċjali ta’ Transport Malta fit-toroq u din qed tittieħed b’serjeta kbira.
Huwa kompla jgħid li “F’jumejn biss, l-uffiċċjali tagħna għamlu spezzjonijiet fuq madwar 400 vettura u nstabu mitt kontravenzjoni u anki kienu kkonfiskati xi vetturi Ii ma kellhomx polza tal-assigurazzjoni jew liċenzja tal-awtorita”.
Intant, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Għaddej xogħol intern fuq livell interministeriali flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, biex ikun introdott test għal għarrieda għad-droga. Dan se jwassal għal “tolleranza żero” għall-xufiera li jużaw id-droga.
Borg semma wkoll li ġew ikkonfiskati madwar 400 Ekick scooter kemm minn kumpaniji kummerċjali u anki privati li nstabu b’diversi nuqqasijiet. Huwa tenna li jridu ikun hemm iktar dixxiplina u koperazzjoni mingħand kulħadd.
Huwa qal “Bil-koperazzjoni ta’ kulħadd, nistgħu nagħmlu passi kbar. Jiena nemmen li bil-koperazzjoni tal-poplu, bir-regolamenti tal-Awtorità, l-Awtorità tkun tista toffri l-aqwa sigurtà li tista’ toffri fuq it-toroq tagħna.”