Tnieda għal konsultazzjoni il-pjan nazzjonali t’azzjoni dwar l enerġija rinovabbli. Pjan li permezz tiegħu, il-gvern ta ħarsa ġdida lejn il-miri tal-Unjoni Ewropea, li pajjiżna għandu jkollu 10% tal-enerġija ġejja minn sorsi rinovabbli sal-2020.
Il-pjan nazzjonali tal-enerġija ġie revedut biex jirrifletti s-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjiżna, dan ifisser li l-enerġija rinovabbli f’pajjiżna se tkun aktar dipendenti fuq l-enerġija solari, filwaqt li dik preċedenti kienet iffukata fuq l-enerġija ġġenerata mir-riħ.
Dan fid-dawl li applikazzjonijiet għal wind farms fil-baħar ma ġewx approvati mill-Awtoritá tal-Ippjanar filwaqt li fi kliem l-Awtoritá sorsi ta’ enerġija mir-riħ fuq l-art kienu se jwasslu għal tħassib ambjentali u soċjali.
Sors ieħor li se jkun qed jingħata importanza huma l-heat pumps li jirreferu għal mod ta’ kif tiġi proċessata l-arja f’waħda aktar sħuna jew kiesħa.