Id-ditta tal-kollezzjoni, Cheerios, għandhom l-inkwiet dan hekk kif miljuni ta’ żerriegħa li bagħtu b’xejn għand persuni li xtraw il-kollezzjoni tagħhom, bil-għan li jgħinu lin-naħal milli jiġu estinti, huma propju ta’ detriment għall-eko sistema fl-Istati Uniti.
Id-ditta riċentament ħabbret li se tkun qed tibgħat bil-post b’xejn, żerriegħa ta’ fjura partikolari, bħala parti mill-kampanja “Save the Bees.”
Iż-żerriegħa, wara li jiġu miżrugħa, kellhom sippost jipprovdu aktar nektar sabiex tgħin il-popolazzjoni tan-naħal.
L-inkwiet beda meta xi ħadd ġibdilhom l-attenzjoni li ż-żerriegħa li huma bdew jippromwovu hi ta’ tip ta’ fjura ta’ speċi invażiva li tisraq l-ispazzju ta’ pjanti indiġeni u toqtolhom fil-proċess.
Għalkemm din l-idea ma kinitx waħda brillanti, meta wieħed iħares lejn il-kampanja kollha li ħejjiet u qed twettaq il-kumpanija li ħolqot iċ-Cheerios, qed isservi ta’ eżempju kbir għal kumpaniji li misshom jieħdu l-istess idea. Filwaqt li n-numru ta’ pakketti biż-żerriegħa kien li ntbghatu kien ileħħaq il-miljun, ir-realtà hi li bosta minnhom mhux se jkunu qed jintużaw u se jispiċċaw fil-qiegħ ta’ xi kexxun.