L-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tniedi master plan għal Paceville, post li fl-aħħar snin tefgħu għajnejhom fuqu għadd ta’ investituri.
L-Awtorità għandha quddiema numru kbir ta’ proposti, f’investiment miljunarju. Dan wassalha tfittex pjan bil-għan li ż-żona tkun żviluppata b’mod sħiħ u organizzat.
Biex sar dan il-masterplan, kienu involuti wħud mill-ikbar kumpaniji mondjali fis-settur, tant li fost dawk fil-lista tal-kelliema hemm Mott Mac Donald, li l-kumpanija tiegħu titqabbad minn istituzzjonijiet, pajjiżi u korporazzjonijiet kbar madwar id-dinja.