“Studju dettaljat fejn neżaminaw x’inhuma l-fatturi kollha li qed iwasslu għalgender pay gapgħandu jkun il-bażi ta’ pjan biex nindirizzaw id-distakk fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa.” Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan waqt attività ta’ Q&A li indirizzat fiċ-Ċentru Laburista fiż-Żejtun.
Skont l-aktar statistika riċenti maħruġa mill-Eurostat, il-gender pay gap, jiġifieri d-diskrepanza bejn il-pagi li jaqilgħu n-nisa u l-irġiel, f’pajjiżna hija ta’ 11%.
Dr Dalli fakkret kif dan il-Gvern diġa daħħal diversi miżuri li bdew jindirizzawil-gender pay gap, fosthom is-servizz ta’ child caremingħajr ħlasu l-miżura ta’ Klabb 3-16.
Aktar miżuri ta’ flessibilità fuq il-post tax-xogħol jistgħu wkoll jikkontribwixxu biex inaqqsu dan id-distakk, fosthom permezz ta’ teleworking, semmiet Miriam Dalli.L-MEP Miriam Dalli qalet li huma ħafna l-fatturi li jikkontribwixxu għal diskrepanzi fil-pagi bejn nisa u rġiel,inkluż il-ħinijiet li jaħdmu u ankè minħabba responsabilitajiet familjari.
Dr Dalli spjegat kif l-Unjoni Ewropea ppruvat tindirizza din il-problema billi talbet aktar trasparenza fil-pagi li jigu assenjati u li s’issa ma kelliex is-suċċess mixtieq, bil-medja tal-gender pay gapfost il-pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea tkun ta’ 16.2%.
L-Ewroparlamentari Miriam Dalli rreferiet għal studju minn Expert Market li sar dwar diversi pajjiżi Ewropej, fejn bir-ritmu preżenti, f’Malta,filwaqt, li f’industriji bħal propjetà mistennija tintlaħaq parità fil-pagi b’mod imminenti, f’industriji bħall-assikurazzjonidin tista’ tintleħaq fi żmien 179 sena oħra.
“M’hemmx soluzzjoni waħda biex tonqos il-gender pay gap. Huwa għalhekk importanti li naħdmu fuq pjan fit-tul dwar kif jigi indirizzat kull ostaklu li qed jikkontribwixxi għal dawn id-diskrepanzi,” kompliet tgħid Dr Dalli.
“Din mhijiex kwistjoni tan-nisa biss. Fl-aħħar mill-aħħar jekk in-nisa jaqilgħu paga daqs l-irġiel għall-istess xogħol se tibbenefika l-familja kollha,” saħqet l-MEP Dalli.
Matul din il-laqgħa, Dr Dalli wieġbet mistoqisjiet tal-pubbliku dwar diversi suġġetti lokali u Ewropej fosthom l-użu tal-kannabis mediċinali, Brexit u l-ħidma tagħha fuq il-fond ta’ €500 miljun biex jintuża,fost l-oħrajn,agħar-rilokazzjoni ta’ immigranti.