Iċ-Ċina, wieħed fost l-aktar pajjiżi li jużaw plastik, ħabbret pjan maġġuri biex tnaqqas u eventwalment tipprojbixxi l-użu tal-plastik li jintuża darba fil-pajjiż.
Il-basktijiet tal-plastik se jiġu pprojbiti fi bliet kbar sal-aħħar ta’ din is-sena u f’kull belt oħra sal-aħħar tas-sena 2022.
L-industrija tar-ristoranti wkoll se tkun pprojbita milli tuża straws tal-plastik sal-aħħar tas-sena.
Iċ-Ċina ilha snin titħabat biex tlaħħaq mal-iskart iġġenerat minn kważi biljun u nofs resident.
L-akbar miżbla fil-pajjiż, li hija kbira daqs 100 grawnd tal-futbol, diġà tinsab mimlija, 25 sena qabel imbassar.
Ritratt: Getty Images