Il-belt Ċiniża ta’ Wuhan qed tfassal pjan biex tagħmel test tal-Coronavirus għall-popolazzjoni kollha, jiġifieri aktar minn 11-il miljun persuna.
Il-pjan għadu fi stat bikri, bid-distretti kollha f’Wuhan għandhom jibgħatu l-informazzjoni dwar kif jista’ jisru dawn it-testijiet fi żmien għaxart ijiem.
Dan il-pjan qed isir hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għadda, l-belt Ċiniża rraportat sitt każijiet ġodda wara aktar minn xahar mingħajr każ ġdid tal-Coronavirus.
Wuhan għamlet 11-il ġimgħa f’lockdown stretta, u bdiet terġa’ għan-normal fit-8 ta’ April b’uħud minn-negozji reġgħu fetħu għall-kummerċ u studenti marru lura l-iskola. Iżda, jekk jerġgħu jibdew jiżdiedu l-każijiet, il-ħajja fil-belt jaf terġa’ tinbidel.