Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un wiegħed li jilħaq l-għanijiet nukleari tal-pajjiż.
L-għan huwa li jkun stabbilit ekwilibriju tal-forza militari mal-Istati Uniti.
Il-kummenti ta’ Kim waslu wara li l-Korea ta’ fuq sparat l-aħħar missila tagħha fuq il-Ġappun.
Din il-mossa qasmet is-setgħat tad-dinja li ngħaqdu wara sanzjonijiet ġodda tan-Nazzjonijiet Magħquda kontra l-Korea ta’ fuq ftit tal-ġranet ilu.