Ħdax il-pitturi ta’ Pablo Picasso, li kienu għall-wiri f’lukanda f’Las Vegas għal aktar minn 20 sena, inbiegħu f’irkant għal kważi mija u għaxar miljun ewro.
Il-kollezzjoni tal-artist Spanjol, li kienet propjetà ta’ MGM resports, kienu għall-wiri fir-ristorant li jġib l-istess isem tal-pittur, Picasso.
Il-kumpanija qalet li permezz ta’ dan il-bejgħ, se tkun tista’ ttejjeb id-deversità tal-kollezzjoni t’arti li għandhom fosthom billi takkwista pitturi minn artisti nisa, LGBTIQ u minn artisti b’abbiltajiet differenti.