Il-karattru ta’ Mr Riley ilu magħna mill-1974, li jfisser li dan l-isem ta’ prodotti ta’ ikel ħafif għandu xejn inqas minn 47 sena.
Dan l-aħħar Mr Riley kellu l-pjaċir li jiltaqa’ mal-artist Malti Julian Cini, li ħoloq mill-ġdid l-immaġni ta’ dan il-karattru bl-istil partikulari tiegħu. Din il-kollaborazzjoni ssarrfet f’pittura vibranti u li tolqot l-għajn fl-uffiċċji tal-Grupp Rimus f’Bulebel, iż-Żejtun.
Id-disinn tal-pittura fuq il-ħajt jinkludi tpinġijiet dettaljati tal-prodotti li Mr Riley hu l-aktar magħruf għalihom.
L-inawgurazzjoni tal-pittura ta’ Julian Cini saret fl-istess waqt li nfetħet kompetizzjoni tal-arti għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Il-kompetizzjoni, bl-isem ta’ ‘Snack Attack’, qed tagħti lill-parteċipanti kollha l-opportunità li jiksbu t-tip ta’ premjijiet li kull artist żagħżugħ jixtieq li jkollu: tablets grafiċi diġitali, kemm bid-displays kif ukoll mingħajrhom, kif ukoll vawċers għall-materjal tal-arti.
Il-kompetizzjoni hija maqsuma f’żewġ gruppi ta’ etajiet: għal dawk bejn 13 u 16-il sena, u għal dawk li għandhom 17-il sena jew aktar. Jekk xi ħadd li għandu inqas minn 13 jixtieq jipparteċipa, jista’ jissottometti xogħlu xorta, basta jirrikonoxxi li se jkun qed jikkompeti ma’ artisti li jaf li għandhom sa 16-il sena.
Is-sottomissjonijiet jistgħu jkollhom fihom lil Mr Riley jew inkella pakkett ‘French Fries’ quddiem kwalunkwe sfond. L-artisti huma liberi li jużaw kwalunkwe stil, mezz, jew pjattaforma kreattiva li jixtiequ. Jiġu aċċettati formati kemm diġitali kif ukoll mhux diġitali. L-istess persuna tista’ titfa’ aktar minn sottomissjoni waħda, iżda kull xogħol artistiku jrid jiġi reġistrat separatament.
Wieħed irid jirreġistra sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru, għax id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet hija l-15 ta’ Diċembru 2022. Is-sottomissjoni rebbieħa titħabbar sal-21 ta’Diċembru 2022.
Wieħed jista’ tiskennja l-kodiċi QR, jew inkella jikklikkja fuq din il-ħolqa biex jara l-linji gwida għas-sottomissjonijiet: https://rimusgroup.com/mr-riley/snackattackart/. Hemmhekk hemm l-informazzjoni kollha dwar il-kompetizzjoni. Wieħed jista’ wkoll jibgħat imejl fuq mrrileyattackart@gmail.com.