Il-President tal-Grupp Soċjalista fil-Parlament Ewropew qal li l-agħar ħaġa li wieħed jista’ jagħmel wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hi li jistrumentalizza xi ħaġa drammatika. F’konferenza tal-aħbarijiet Pittella wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u qal li l-marka tal-gvern Malti hi dik ta’ trasparenza fejn jaċċetta kull verifika. “Iktar u iktar meta l-gvern Malti wera b’mod immedjat ix-xewqa li jkun hemm investigazzjoni internazzjonali fuq l-umiċidju,” qal Pittella li kien hawn li saħaq li xi ħaġa drammatika fejn inqatlet persuna m’għandiex tkun strumentalizzata. “Min qed jaħseb li jagħmel hekk ngħidlu jieqaf. Ejja nkomplu bl-investigazzjoni u ma nieqfux,” qal Pitella li wissa kontra min irid jagħmel kalkoli politiċi. “X’għandu x’jaqsam Muscat? Irridu l-verità,” tenna Pittella.”