Skont rapport tal-Mail Online, Brad Pitt qed ikun investigat mill-Pulizija, affaċjat b’akkużi li abbuża fiżikament minn uliedu meta kien fis-sakra fuq ajruplan privat.
Qed ikun allegat li Pitt beda jwerżaq mat-tfal, minkejja li sors qrib ta’ Pitt stqarr mal-Mail Online li qatt m’abbuża minnhom.
Jingħad li l-familja kienet fuq titjijra u l-ġlieda kompliet fuq l-art. Dan seħħ nhar l-Erbgħa, u kienet qalila tant li l-għada Jolie mexxiet bit-talba għal divorzju.