Oscar Pistorius, l-eks champion paraolimpiku, mistenni jiġi meħlus mill-ħabs fiż-żmien li ġej wara li skonta sentenza ta’ priġunerija hekk kif kien instab ħati li qatel lit-tfajla tiegħu Reevva Steenkamp.
Il-każ seħħ ħdax-il sena ilu, propju f’jum San Valentinu lura fl-2013, meta b’diversi tiri minn barra l-kamra tal-banju. Huwa kien sostna li ħaseb li kien hemm ħalliel ġewwa d-dar.
Illum Oscar Pistorius għandu 37 sena u kien ingħata s-sentenza tiegħu minn Qorti fl-Africa t’Isfel lura fl-2016. Dakinhar is-sentenza li ngħatat kienet ta’ 13-il sena ħabs.
Il-bord tal-parole iffissa d-data tal-ħelsien tiegħu għall-5 ta’ Jannar tal-2024.
Filwaqt li omm il-vittma ma opponietx il-ħelsien ta’ Pistorius, f’ittra mibgħuta lill-istess bord, hija staqsiet jekk il-problemi ta’ nervi kbar li jħaddan Pistorius qatt ġewx indirizzati waqt li kien il-ħabs.
Fil-fatt, June Steenkamp għażlet li ma tattendix is-seduta ta’ dan il-bord fejn fiha ġie deċiż li Pistorius jinħeles.