L-attività bdiet permess ta’ Zumba session fejn kienu mistidnin ukoll il-ġenituri ta’ l-istudenti. Mistiedna ukoll kienet is-Sinjura Michelle Muscat, li indirizzat id-diskors tal-okkazjoni u enfasizzat dwar l-importanza ta’ breast screening u dwar il-fondazzjoni tal-Marigold Foundation, li tgħin ħafna biex isiru riċerki dwar dan it-tip ta cancer u għajnuna lill-nies li jiġu milquta b’din il-marda.
Wara s-Surmast ta’ l-iskola, s-Sur Joseph Ellul ippreżenta d-donazzjoni li nġabret. Mistiedna oħra kienet Miss Universe, Francesca Mifsud, fejn ukoll qalet kelmtejn dwar l-importanza li nieħdu ħsieb saħħitna. Spikkat ukoll kartelluni, mgħamula mill-istudenti stess, b’kummenti sbieħ u ta’ kuraġġament lil-persuni li bħalissa għaddejin minn xi tip ta mard serju. Din l-attività spiċċat bl-istudenti kollha jingħataw jelly roża marbuta ma’ l-istess tema.