Pilota, li kien magħruf sew għall-ħiliet u t-talenti tiegħu, u żewġ irġiel Ukreni li kienu abbord ajruplan li ġġarraf, tilfu ħajjithom.
Il-miltar Ukren, iddeskriva l-mewt ta’ dawn iż-żewġ persuni bħala “weġgħa u irreparabbli”.
L-Ajruplan iġġarraf viċin il-belt ta’ Zhytomyr, fil-Punent tal-Ukrajna.
F’messaġġ li għadda l-President Ukren, Volodmyr Zelensky, qal li l-pajjiż qatt mhu se jinsa lil min iddefendih.
Il-Pilota, kienet il-ħolma tiegħu li jingħaqad mal-forzi tal-ajru Ukreni, u kien iqis xogħlu bħala missjoni.
Ħabiba tiegħu, Melaniya Podolyak, ikkonfermat il-mewta tiegħu permezz ta’ ritratt tal-arma tiegħu fuq il-midja soċjali.