Pilota tal-Air Malta li huwa wkoll membru fil-kumitat eżekuttiv tal-ALPA (l-union tal-piloti) ħa gost li wieħed mill-ajruplani għandu ħsara teknika u allura ma setax jopera f’waħda mir-rotot tal-linja nazzjonali.
Is-sitwazzjoni bdiet meta l-ALPA tat direttivi lill-membri tagħha biex jirrifjutaw li joperaw titjiriet fuq wieħed mill-ajruplani li għadha kif xtrat il-linja nazzjonali li ma kellux buttuna li tirrekordja l-vuċi fil-cockpit tiegħu. Dan kien ifisser dewmien f’ ħafna rotot.
Il-ħsara teknikna nstabet wara li żewġ piloti offrew volontarjament li joperaw l-ajruplan u b’hekk dan seta’ jiġi lura Malta.
Skond il-kumment fuq facebook, Degiorgio isibha ‘ta’ gost’ li ‘l-ajruplan ġratlu l-ħsara fl-istess żmien tad-direttiva’ biex ma joperawx l-ajruplan.
Dan fisser dewmien f’numru ta’ titjiriet u aktar spejjeż addizzjonali minħabba regoli tal-Unjoni Ewropea.