Pilota jmut wara ħabta bejn żewġ jets fir-reġjun ta’ Müritz, fil-Ġermanja.
L-inċident traġiku seħħ wara li żewġ jets għal xi raġuni ħabtu ġo xulxin. B’konsegwenza li jet minnhom spiċċa ġo foresta, filwaqt li l-ieħor iġġarraf 10 kilometri ‘l barra minn villaġġ.
L-inċident sfortunat ġara waqt taħriġ li kienu qed jieħdu sehem fih 3 jets, bit-tielet pilota li kien ix-xhud f’dan il-każ qal li l-ħabta saret fiż-żona ta’ Fleensensee, għoxrin minuta biss wara li bdew it-taħriġ tagħhom. Ix-xhud qal ukoll kif imbagħad ra żewġt parachutes neżlin l-isfel.
Għalhekk it-tnejn irnexxilhom jinżlu mill-jet, pilota wieħed biss irnexxielu jinżel qawwi u sħiħ.
Il-każ seħħ it-Tnejn waranofshinhar.