Il-Koperattiva Maltija tal-Piloti Marittimi, fil-15-il sena mit-twaqqif tagħha, inawgurat it-tmien pilot boat tagħhom. Dan b’investiment ta’ €900,000.Bl-isem Juliet 1, din il-pilot boat se tgħin lill-piloti marittimi jkomplu l-ħidma impekkabbli tagħhom, iġifieri li jdaħħlu fil-portijiet tagħna bastimenti ta’ ‘l fuq minn 500 tunnellata. Fost dawn insibu cruiseliners u vapuri tal-merkanzija. Ħidma essenzjali għall-ekonomija Maltija.
Il-President tal-koperattiva, il-Kaptan Jesmond Mifsud, sostna li s-suċċess tal-portijiet tagħna jiddependi minn investiment kontinwu u titjib, biex pajjiżna dejjem ikun kompetittiv.
Fl-2017 il-koperattiva wettqet iktar minn 9,350 servizz ta’ pilotaġġ, fosthom fost l-ikbar vapuri fid-dinja.