Testijiet kliniċi li saru fuq pillola kontra l-COVID-19 juru li s’issa kapaċi tnaqqas it-trattament mediku fl-isptarijiet jew imwiet kawża tal-virus bin-nofs.
Waqt it-testijiet li saru, il-pillola ingħatat darbtejn kuljum lil pazjenti li kienu pożittivi għall-COVID-19 riċentament.
Ir-riżultati tant kienu pożittivi illi l-kumpanija Merck, li pproduċiet din il-pillola, qalet li se tkun qed tapplika għall-awtorizzazzjoni għall-użu b’emerġenza fl-Istati Uniti fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-konsulent mediku ewlieni tal-President Amerikan Joe Biden, it-Tabib Anthony Fauci tenna għall-kawtela minkejja li r-riżultati ta’ din il-pillola qed juru titjib fil-kura kontra l-virus.