Euronews, permezz tal-programm Real Economy, ħassew li hemm bżonn jivestigaw il-passi li qed jittieħdu biex ommijiet u missirijiet Ewropej ikollhom ambjent li jippermettilhom ikollhom it-tfal. Pass li osservaw huwa importanti ħafna, meta tqis kemm il-poplazzjoni Ewropea qed tixjih.
Ħassew li l-aħjar post fejn jinvestigaw dan kollu huwa Malta.
Mhux kumbinazzjoni, iżda kif spjega l-Ministru Edward Scicluna waqt intervista mal-ġurnalista Maithreyi Seetharaman, il-passi li ħadet Malta fejn jidħol childcare bla ħlas qed iħallu impatt reali.
Il-Ministru spjega li ħafna drabi, in-nisa ma joħorġux jaħdmu minħabba ostakli prattiċi li jiltaqgħu magħhom.
Euronews innotaw kif l-iskema ta’ childcare bla ħlas ta’ Malta żiedet il-possibiltà li ommijiet jaħdu, u daħħlet żewġ miljun ewro fl-ekonomija ta’ pajjiżna.
Biex jinvestigaw sew, segwew il-passi ta’ familja bi tliet itfal. L-omm spjegat li l-familja kienet tgħix barra minn Malta, imma r-raġuni għalfejn ġew lura kienet infatti s-servizz ta’ childcare bla ħlas.