Fl-unika partita tal-Ħadd fit-Tony Bezzina Stadium Pieta’ Hotspurs għelbu lill-Gudja United bl-iskor ta 3-1.
Bidu eċċelenti għat-tim ta’ Pieta’ dan hekk kif wara inqas minn minuta huma marru fil-vantaġġ meta Kian Leonardi kien mwaqqa fil-kaxxa minn Karl Micallef, bir-referi Andrea Scriha ordna penalty li minnhu Armen Hovhannisyan tefa’ l-ballun fix-xibka u għamel l-iskor 1-0.
Mal-kwarta logħob t-tim ta’ Gudja United għamlu l-iskor indaqs fejn wara azzjoni konfuza taħt l-lasti ta’ Pieta’ finalment kien Tatsuro Naganatsu li b’xutt fil-baxx għeleb lill-goalkeeper Reeves Cini.
21 minuta u mill-ġdid Gudja United meta kien Vito Plut li prova xutt li għadda ftit barra.
Fis-27 minuta Pieta Hotspurs marru mill-ġdid fil-vantaġġ dan meta kien Temitope Abraham li prova xutt bid-dawra li qarraq bil-goalkeeper Glenn Zammit u ntemm fix-xibka.
Wara sitt minuti logħob fit-tieni taqsima, Gudja resqu viċin li mil-ġdid jagħmlu l-iskor indaqs meta kien xutt tajjeb ta’ Vito Plut li għeleb lill-goalkeeper Reeves Cini, iżda pront kien Samuel Okoh li tajjar l-ballun minn fuq l-linja fatali.
Sitt minuti wara u mill-ġdid Gudja meta kien s-sostitut Jean Bugeja li prova xutt b’saħħtu minn tarf l-kaxxa li spiċċa mal-lasta l-minduda.
Ħames minuti minn tmiem l-partita u Pieta’ Hotspurs skorjaw l-gowl li aċċertahom mit-tlett punti meta kien Yamaguchi li għadda ballun perfett lejn Armen Hovhannisyan li tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Zammit biex għaqqad dopjetta personali u għamel ċert mit-tlett punti.
Referee: Andrea Sciriha
Plejer tal-logħba:Abraham Temitope(Pieta)