Pierre Portelli jinsab taħt pressjoni interna qawwija minħabba d-deċiżjoni li jneħħi drama popolari Santa Monika biex minflok daħħal drama tal-kumpanija Watermelon li llum titmexxa minn martu.
Dan waslu biex fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista jgħaddi ħin twil jiddefendi u jibda jgħid li l-mara tiegħu mhux se titħallas tax-xogħol li tagħmel, anke jekk fil-verità NET se jħallas tal-produzzjoni.
Pierre Portelli spiċċa qed jilgħaba tal-vittma u anke jekk għandu pakkett finanzjarju li jlaħħaq id-disgħin elf ewro fis-sena qal li hu telaq kollox u mar il-Partit Nazzjonalista biex idaħħal ferm inqas milli kien idaħħal qabel.
Dak mhux kunflitt ta’ interess. Dak huwa għaqal.
Iżda, Pierre Portelli mhux jikkonvinċi. Fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista l-partitarji qegħdin ikunu iebsin miegħu. Għax il-verità jafuha.
Jekk wasalna fi stat li ma nagħrfux kunflitt ta’ interess allura jiddispjaċini ngħid li l-partit tagħna qed imiss il-qiegħ.
Lil-Pierre nixtieq ngħidlu li qed fl-aħbarijiet tas-super one. Nispera mhux kif qegħdin jgħidu li jrid jaqta’ Santa Monika għax qed hemm jikkmanda hu.
Jekk hu vera, diżilluż u diżgustat. Hemm għidut li tneħħiet produzzjoni u se tidħol produzzjoni mmexxija minn mara ta’ Pierre Portelli. Setgħet kienet il-kuġina u n-nanna. La hi familjari hemm kunflitt ta’ interess.
Dan kollu li Portelli beda jitliflu l-paċenzja u beda jgħid li dan spin tal-labour għalkemm mid-dettalji li żvelat one.com.mt ma ċaħad xejn.
Ikkuntattjaw lil tal-One u gazzetti oħra biex jagħmlulna l-ħsara.
Jekk dak hu kunflitt ta’ interess ejja nżarmaw kollha u mmorru dar. Ejja ngħidu nies ma jgħinux iktar.
Fost dawk li kkummentaw fuq il-kunflitt ta’ interess ta’ Pierre Portelli kien hemm ukoll David Thake u Portelli ma qgħadx lura milli jibbotjalu lura. Qallu aħjar tara x’għamilt int. Dan mingħajr ma semmih b’ismu.
Pierre Portelli qal: Ċempluli xi żewġ gazzetti għax kien hemm kummenti fuq is-social media. Tiskanta kif ċertu nies jgħidu ċertu affarijiet. Aħjar iwieġbu fuq żmienhom fuq meta kienu huma hawnhekk. Inkredibbli kif hawn min jissaportja dan il-partit li jista jigih id-dubju.
U minn tagħrif li għandu ONE NEWS dan hu biss dak li hemm fid-deher. Għax fuq ġewwa hemm iktar dwejjaq, anke għax uħud ingħataw pagi sbieħ u oħrajn spiċċaw b’xejn kif se niżvelaw fil-jiem li ġejjin.