Liġi ġdida approvata b’mod unanimu fil-Parlament dwar pieni iktar ħorox għall-pussess u t-tixrid ta’ materjal ta’ pornografija estrema issa daħlet fis-seħħ. Iżda xjikkonsititwixxi dan ir-reat? Tkellimna dwar dan mal-ministru għall-ġustizzja Owen Bonnici.
Daħlet fis-seħħ emenda fil-kodiċi kriminali li permezz tagħha persuna li tinqabad f’pussess ta’ materjal pornografiku estrem tista’ teħel sa tliet snin ħabs jew multa ta’ madwar €6000.