Il-Qorti għaddiet piena iebsa lil żagħżugħ ta’ 21 sena li għandu l-vizzju tad-droga, bil-għan li jikkommetti ruħu li jattendi programm ta’ rijabilitazzjoni tad-droga.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja ta sentenza ta’ ħames xhur ħabs lil Adrian Vella akkużat b’ serq mill-pjazza tas-Siġġiewi u li kiser l-ordni tal-probation nhar it-tlettax ta’ Frar.
Tlett xhur għas-serq u xagħrejn oħra għal ksur tal-ordni tal-probation. Vella ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Wara li sema’ lill-uffiċjal tal-probation u rapreżentanti tal-Caritas jinformaw lill-Qorti bil-vizzju tad-drogi sintentiċi taż-żagħżugħ, il-Maġistrat saħaq li jispera li ż-żmien il-ħabs iservi biex iħeġġeġ liż-żagħżugħ ipoġġi rasu hemm.